Lokali

€365,482 f’donazzjonijiet fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista

€365,482 hi ċ-ċifra miġbura mill-poplu Malti u Għawdxi fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi li nżammet matul il-ġurnata tal-Ħadd, fuq NET Television, fuq Radio 101 u anke fuq Facebook.

Fl-aħħar kummenti tiegħu, fi tmiem il-Maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li din l-għajnuna lill-Partit tfisser biss messaġġ ta’ kuraġġ ħalli flimkien naraw li pajjiżna jkompli jaħdem b’risq il-pajjiż.

Sadanittant, f’messaġġ matul il-Maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-ġest żgħir iżda b’saħħtu tan-nies f’din il-maratona hu messaġġ tan-nies li jriduna nkunu l-vuċi tagħhom.

Adrian Delia fisser kif in-nies qed jindunaw li l-Partit Nazzjonalista biss jista’ jitkellem għalihom.

Kien hawn fejn innota li l-ġest żgħir tan-nies permezz tad-donazzjoni żgħira tagħhom, tikkonferma li n-nies iridu lill-Partit Nazzjonalista jkun leħen iż-żgħir.

LIVE: L-isfida ‘Design Your Future’

Relatati

RITRATTI: Adrian Delia jingħaqad maż-żgħażagħ fl-isfida ‘Design Your Future’

FILMAT: “L-alternattiva hija l-Partit Nazzjonalista” – L-eks Kapijiet tal-PN Lawrence Gonzi u Simon Busuttil

Somma rekord għall-Partit Nazzjonalista minn Għawdex