Inċident tat-traffiku fejn raġel jittajjar waqt li qed jaqsam it-triq f’Tas-Sliema nqabad minn filmati ta’ kamera tal-vettura li laqtitu.
L-inċident seħħ ix-xahar li għadda, iżda mill-ġdid qed idur fuq il-midja soċjali b’diversi persuni jaqsmuh ma’ sħabhom u jwasslu messaġġ biex dak li jkun jaqsam minn fuq iz-zebra crossings jew traffic lights biex jevita l-periklu għalih stess imma wkoll għas-sewwieqa.
Dan hekk kif, fil-filmat, ir-raġel jidher jaqbad u jaqsam sakemm jinduna li kienet ġejja karozza iżda kien tard wisq. Fortunatament ix-xufier tal-karozza ma kienx qed isuq b’veloċità u laħaq naqqas sew, għalkemm mhux magħruf xi ġrieħi sofra l-vittma.
//= $special ?>

