Il-Ministru Edward Scicluna skomdu ħafna li qed ikollu jaħraq ir-reputazzjoni tiegħu u tal-inqas żewġ Deputati Laburisti oħra huma voċiferi kontra kif Kastilja qed tmexxi l-kriżi ‘Pilatus Bank’
Sitt ijiem wara l-arrest ta’ Ali Sadr Hasheminejad, is-sid ta’ Pilatus Bank, fi ħdan it-Tmexxija tal-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat qed ikomplu jfeġġu aktar kunflitti u diverġenzi… issa evidenti bejn l-istess Joseph Muscat u dawk ta’ madwaru f’Kastilja u l-Ministru Edward Scicluna, kif ukoll xi oħrajn fil-Grupp Parlamentari Laburista.
“Dak li ħafna jaħsbu hu Gvern mingħajr kunflitti interni għaliex rebaħ elezzjoni b’marġini wiesgħa, mhu minnu xejn,” kixfu ma’ il-mument sorsi fi ħdan il-Partit Laburista.
Filwaqt li kollox jindika li Joseph Muscat se jkompli jiddefendi l-Bank Pilatus, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna beda jerfa’ rasu u jsemma’ leħnu internament fl-uffiċċji ta’ Kastilja. Miegħu jidhru li ngħaqdu Membri Parlamentari Laburisti oħrajn li huma mdejqa u mxabba’ bil-mod kif Kastilja qed tkompli toħroġ għonqha biex tiddefendi lil dan il-bank.
Matul il-jiem li għaddew il-kwistjoni ‘Pilatus Bank’ reġgħet telgħet fl-ogħla postijiet tad-diskussjoni mhux biss f’Malta iżda wkoll internazzjonalment, b’konsegwenza li r-reputazzjoni ta’ Malta tinsab mhedda għal darb’oħra b’mod partikulari f’fora bankarji u f’fora ta’ servizzi finanzjarji.
//= $special ?>