Internazzjonali

Puigdemont arrestat

Carles Puigdemont,

Carles Puigdemont, l-eks President tar-reġjun Spanjol tal-Katalonja, kien arrestat mill-Pulizija Ġermaniża hekk kif qasam il-fruntiera tal-pajjiż mad-Danimarka. Dan minħabba mandat ta’ arrest Ewropew. Anki l-avukat tiegħu spiċċa arrestat..
Puigdemont kien qed jipprova rritorna lura l-Belġju wara żjara għal taħditiet fil-Finlandja. Puigdemont kien mar igħix fl-eżilju fil-Belġju u kien ilu l-Finlandja mill-Ħamis għal taħditiet ma’ Membri Parlamentari lokali.
Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm ħafna tensjoni fil-Katalonja u l-partiti favur l-indipendenza abbandunaw pjani biex jaħtru President ġdid wara li l-kandidat ewlieni għall-kariga kien arrestat.
Puigdemont hu mfittex fi Spanja minħabba akkużi ta’ ribelljoni u sedizzjoni.