Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonista Adrian Delia ltaqa’ mal-President tal-Albanija Ilir Meta. Laqgħa li saret f’għeluq il-45 anniversarju minn meta bdew ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ nazzjonijiet.
Meta qal li r-relazzjoni ta’ Malta u Albanija tista’ tgħallem liż-żewġ nazzjonijiet li nistgħu naħdmu id f’id.
Min-naħa tiegħu l-Kap tal-PN elenka l-fatt li Malta għalkemm pajjiż żgħir, ghandha poplu kapaċi daqs il-kbar. Adrian Delia qal li għalkemm ġieli bħala poplu ma naqblux, u niddibattu ħafna bejnietna, il-pajjiż jaf jsib l-għaqda bħala pajjiż wieħed. Dan narawh fuq qasam filantropiku u anke fl-isports fost l-oħrajn.
Adrian Delia qal li fuq bażi ta’ komunikazzjoni llum il-ġurnata hemm bżonn li nikkomunikaw ferm aktar u li l-għan tal-PN anki mill-Oppożizzjoni huwa li jisma’ u li juża l-mezzi soċjali kollha, inkluż il-midja soċjali biex tqarbu aktar lejn iċ-ċittadin.
Il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma fil-Parlament David Aguis u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-affarjiet Ewropej, David Stellini.
//= $special ?>