Lokali Mużika

Applika biex tidħol fl-Isle of MTV; il-proċess ta’ pre-registration mhux mandatorju

Ritratt: Jean Claude Vella
Kull individwu jista' japplika għal 4 biljetti

Minn din is-sena, dawk kollu li jridu jattendu għall-avveniment mużikali Isle of MTV fis-27 ta’ Ġunju li ġej iridu jirreġistraw biex jidħlu bil-biljetti.

Id-dettalji ingħataw mill-MTA fi stqarrija maħruġa dalgħodu.

Ir-reġistrazzjoni se ssir fuq is-sit tal-Isle of MTV. Il-biljetti se jkunu ristretti skont il-massimu ta’ persuni li jistgħu joqgħodu fuq il-Fosos tal-Furjana.

Persuni bla biljetti se jinżammu milli jidħlu fuq il-Fosos.

Filwaqt li l-avveniment se jibqa’ bla ħlas, kull persuna jista’ japplika għal 4 biljetti.

Ir-reġistrazzjoni se tiftaħ ġimgħatejn qabel l-avveniment.

Il-proċess ta’ pre-registration għall-Isle of MTV mhux mandatorju.