“Il-ġlieda dwar jekk jidħolx l-abort f’pajjiżna diġa’ bdiet, irrelevanti jekk dan jissemmiex jew le fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista”.
Dikjarazzjoni ċara u skjetta li saret illum fl-editorjal tat-Times of Malta bit-titlu ‘Truly no laughing matter’.
L-editur jasal għal din il-konklużjoni wara li janalizza kif tkellmet il-Ministru Helena Dalli riċentament, meta nqabdet tidħak minn wara dahar kulħadd biex tgħid li n-nies ma kienux jafu xi tfisser eżatt “ugwaljanza” fil-manifest elettorali tal-2013.
Fl-opijoni tiegħu, l-editur tat-Times jinsisti li din l-ammissjoni tal-Ministru Helena Dalli hija xokkanti, u materja ta’ riżenja.
“Il-mod kif tkellmet Helena Dalli hu ammissjoni ta’ kif il-Partit Laburista juża’ termini ġeneriċi biex jaħbi l-intenzjonijiet veri tiegħu”. Hawnhekk, l-editur jasal għall-konklużjoni li b’din l-attitudni nistgħu ngħidu li bdiet tassew il-ġlieda biex jiddaħħal l-abort f’Malta.
//= $special ?>