Lokali

FILMAT: “Ma nafx jekk Ian Borg wasalx l-Imqabba bil-helicopter”

Il-bypass tal-Imqabba tinsab fi stat tal-biki

Is-sitwazzjoni li tinsab fiha il-bypass tal-Imqabba spiċċat anke fuq YouTube fejn wieħed mir-residenti ta’ din il-lokalita’ tant huwa urtat bl-istat li tinsab fiha Triq il-Konvoj, li ħalla messaġġ lill-Ministru Ian Borg.

Fuq YouTube ċertu Christian Mifsud poġġa sensiela ta’ ritratti illi juru fhiex tinsab din it-triq ewlenija li twassal lejn iċ-ċentru tal-Imqabba u l-villaġġ tal-Qrendi.

Hu jappella lill-Ministru biex jisma’ l-karba tar-residenti tal-Imqabba.