Lokali

FILMAT: Studenti tal-ITS jagħmlu skulturi taċ-ċikkulata

Sfidi kbar iżda bla dubju ta’ xejn talent u dedikazzjoni bla waqfien.

L-istudenti tal-ITS ħadu l-opportunità ta’ żmien l-Għid biex ikomplu jitgħallmu dwar il-ħelu u d-dekorazzjonijiet fuqbiċ-ċikkulata.

L-għalliem tal-istudenti tal-ewwel sena, Andrew Farrugia tahom sfida li jagħmlu bajd tal-Għid biċ-ċikkulata. Hu tkellem ma’ Net News fejn qalilna li l-iskop kien li joħroġ il-kreattività ta’ kull student.

L-istudenti ma jitgħallmux biss bil-prattika, iżda wkoll billi jikkritikaw xogħol sħabhom stess. Dan isir biex jitgħallmu mill-iżbalji ta’ xulxin.

L-iskulturi taċ-ċikkulata saru fi tliet lezzjonijiet fejn l-istudenti kollha għinu lil xulxin. Net News tkellem ma’ wħud mill-istudenti.

Fiż-żmien li ġej l-istudenti se jagħmlu skulturi oħra, din id-darba bil-butir.