Knisja Lokali

FILMAT: “Irrid inwettaq il-ġid” – Mons. Alfred Xuereb

"Il-missjoni tiegħi trid tgħin li jkun hemm l-għaqda fir-reġjun kollu"

L-E.T. Mons. Alfred Xuereb, ġie lura Malta wara li ntaghzel biex jieħu ħsieb il-Knisja fir-raġjun tal-Korea u tal-Mongolja. Il-ħidma tiegħu bħala Nunzjo Appostoliku se tikkonsisti li fost il-ħidma tiegħu, hu jkun il-medjatur bejn il-poplu tar-reġjun u l-Vatikan.

“Aċċetajt bil-qalb, iżda anki b’ċertu entużjażmu”

In-Nunzju qal li hemm bżonn li l-ħidma tkun li ġġib l-għaqda bejn il-komunitajiet diversi li jinsabu fir-reġjun. Huwa saħaq ukoll li jrid ikompli fuq il-ħidma siewja li għamlu ta’ qablu u jfittex li jkompli jkun f’kuntatt dirett mal-popli tar-reġjun.

Ħafna jaħsbu li meta jkun hemm is-separazzjonijiet aħna nkunu qed nipproteġu lilna nfusna, iżda aħna fir-realtà nkunu qed nagħmlu l-kontra.

Fost il-kummenti li ta tul il-konferenza stampa huwa elenka l-fatt li l-ħidma se tkun ukoll li jsaħħaħ il-fidi fir-reġjun. Mistoqsi fuq l-isfidi li jista’ jsib quddiem wiċċu u jservu bħala xkiel għall-missjoni li jrid iwettaq. Huwa qalilna li s’issa hu b’umiltà qalilna li ma jafx eżatt x’se jsib ma wiċċu u l-problemi li diġa hemm, iżda madnakollu dan ma jaqtalu qalbu xejn u l-għan tiegħu huwa li jaħdem fuq aspett familjari u se jinsisti li tirrenja l-għaqda bejn il-komunitajiet kollha.

Iżda huwa qalilna li d-diskussjoni ma’ dawk ta’ qablu għad trid issir u b’hekk se jkollu aktar idea ċara ta’ dak li hemm bżonn isir fir-reġjun.

Huwa mill-ġdid għalaq fuq kemm qed iħossu onorat li l-Papa Franġisku tah dan l-irwol, huwa qal li l-missjoni tiegħu se tkun t’esperjenza ġdida iżda wkoll ta’ ħajja ġdida li tista’ sservi sew għall-ħidma fir-reġjun kollu.