Lokali Qorti

ĠURI: Meħlus mill-akkużi ta’ traffikar ta’ droga

Il-ġurati sabuh mhux ħati ta' traffikar ta' droga, b'sitt voti kontra tnejn

Raġel li kien qed jiffaċja sentenza ta’ għomor il-ħabs fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga, ingħata probation fi tmiem ġuri quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi.

Herman McKay ma nstabx ħati li traffika nofs kilogramma eroina. Ir-raġel ta’ 34 sena mill-Marsa instab ħati ta’ pussess.

Il-każ imur lura għal Awwissu 2007 meta McKay kien arrestat f’raid tal-Pulizija fil-Marsa.

Fil-verdett tagħhom, b’6 voti kontra 3, ir-raġel ma nstabx ħati ta’ traffikar. Il-ġuri kien ilu għaddej ħmistax.

L-imħallef ordna lill-akkużat iservi 3 snin probation u jħalla €10,000 f’multa talli fil-pussess tiegħu kellu l-imsemmija droga.

L-avukati difensuri kienu Franco Debono u Marion Camilleri.