Edukazzjoni Lokali

Il-Gvern jintroduċi tibdil fis-sistemi tal-homework

Imniedi l-politika nazzjonali dwar il-homework fl-iskejjel

Il-Gvern nieda l-ewwel qafas ta’ politika nazzjonali dwar il-homework mill-edukazzjoni bikrija sa tmiem iċ-ċiklu sekondarju.

Il-Gvern qed iqis din il-policy bħala gwida għat-tagħlim tat-tfal u l-istudenti. Skont l-istqarrija tal-Gvern, il-homework eżaġerat qed ikollu effett fuq it-tfal. Għalkemm fl-ebda ħin ma indika jekk dawn il-policies hux se jkunu obligatorji fuq l-għalliema.

Il-politika tipproponi dawn il-linji gwida:
– Kindergarten – L-ebda homework
– Sena 1-2 tal-Primarja – Sa massimu ta’ 20 minuta kuljum
– Sena 3-6 tal-Primarja – Sa massimu ta’ 30 minuta kuljum
– Sena 7-8 fil-livell Medju – Sa massimu ta’ siegħa kuljum
– Sena 9-11 fil-livell Sekondarju – Sa massimu ta’ 8 sigħat fil-ġimgħa