Il-Kunsill Lokali tal-Iklin qed joġġezzjona bil-qawwa għall-bini ta’ pompa tal-petrol ġdida li hi pjanata li tiftaħ fil-lokalita’. Il-proposta għall-bini hija f’zona ODZ.
Fi stqarrija iffirmata mis-Sindku Anthony Dalli, jingħad illi l-applikazzjoni għall-permess tal-pompa jinvolvi art agrikola f’zona ODZ, u għalhekk il-Kunsill Lokali tal-Iklin se jibqa’ jinsisti biex din l-art tibqa’ mhux mittiefsa.
Apparti minn hekk, il-pompa tal-petrol proposta tinsab madwar 300 metru ‘l bogħod minn pompa oħra li hemm qrib l-Iklin. Dan meta l-policy tagħmilha ċara li pompa tal-petrol ġdida m’għandiex issir f’distanza ta’ 500 metru minn waħda eżistenti.
//= $special ?>