Tliet snin ta’ ħidma u sigħat ta’ dedikazzjoni li wieħed diffiċli jikkalkula, issa servew fi ktieb li jiġbor fih parti mill-proġett ta’ Roderick Vella u Stephen Buhagiar – The People of Malta.
Din il-pubblikazzjoni fiha l-esperjenzi ta’ nies ta’ kull eta’, bil-karattri u t-talenti tagħhom, iżda fuq kollox hi riflessjoni tas-soċjetà Maltija.
Kollox beda minn paġna fuq Facebook li ġġib l-istess isem, li matul iż-żmien kibret għal udjenza ta’ iktar minn 62,000 persuna li jsegwu l-paġna b’mod regolari u li laħqet il-qofol tagħha f’dan il-ktieb ta’ iktar minn 250 paġna li fihom jispikkaw ritratti mill-isbaħ u artistiċi kif jispjega Roderick Vella.
Stephen Buhagiar ma jeskludix lanqas li jkun hemm pubblikazzjonijiet oħra.
The People of Malta hu garanzija li għalkemm uħud mill-protagonisti huma ta’ eta’ avvanzata jew diġa’ ħallewna, warajhom se jħallu legat u dak li taw lil pajjiżna mhux se jintilef.
//= $special ?>

