“Ma niċħdek qatt” hu t-titlu tal-produzzjoni ta’ din is-sena li se tittellà fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin matul din il-Ġimgħa Mqaddsa b’risq il-Fondazzjoni ALS.
Id-dramm hu produzzjoni bejn ir-residenti u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl li ilha sa mill-1995 taħdem bl-iskop li tagħti dinjità lill-priġunieri.
Bi storja oriġinali, dawk li jattendu se jassistu mhux biss għal xeni ta’ qsim-il qalb imma wkoll mużika u kant live li jagħtu xi ħaġa speċjali lil dan id-dramm.
“Ma niċħdek qatt”, minn xena għall-oħra jaqleb mir-rakkont fil-Bibbja għal storja ta’ omm u żagħżugħ abbużati mir-raġel tal-familja sakemm l-iben jirribella u jispiċċa jħallas ta’ għemilu.
Preżenti għall-ewwel rappreżentazzjoni ta’ dan id-dram kien hemm diversi mistiedna distinti fosthom il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-ġlieda kontra l-Kriminalità Beppe Fenech Adami minbarra l-Ministru Michael Farrugia u l-Arċisqof Charles Scicluna.
//= $special ?>
