L-aħbar tal-mewt tal-preżentatur Taljan Fabrizio Frizzi ħalliet marka kbira fuq diversi Maltin illi regolarment kienu jsegwu l-programmi tiegħu fuq ir-Rai.
Iżda forsi huma ftit dawk illi jiftakru li 11-il sena ilu Fabrizio Frizzi kien ġie f’pajjiżna biex jippreżenta l-kunċert ta’ Claudio Baglioni fil-Valletta Waterfront. Il-kunċert kien sar fis-sajf, f’serata mill-isbaħ.
Dakinhar ma’ Fabrizio Frizzi kienet preżentat il-kollega tagħna Louise Tedesco.
Fuq Facebook, hi iddeskrivietu bħala “wieħed mill-iżjed persuni ġentlomi, professjonali u umli li qatt kelli l-unur li naħdem magħhom. Id-dinja tal-ispettaklu tilfet ġgant.”
//= $special ?>