Residenti tal-Ħamrun jinsabu ddisprati hekk kif sebaħ jum ieħor u għadhom mingħajr ilma għar-raba’ ġurnata infila.
Persuni li tkellmu magħna spjegawlna kif dalgħodu saħansitra kien hemm mumenti ta’ tensjoni hekk kif f’xi nħawi wasal bawżer tal-ilma biex jissuplixxi lil xi familji. Madankollu, kif wieħed jista’ jimmaġina, dan ma kienx biżżejjed biex jaqdi lil kulħadd.
Fost ir-residenti Ħamruniżi hemm rabja kbira għall-fatt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet waqfet tirrispondi t-telefonati tan-nies – aktarx minħabba l-influss qawwi ta’ telefonati.
Fi stqarrija iktar tard, il-Korporazzjoni ħabbret li oriġinarjament il-problema bdiet minn kuntrattur li laqat main tal-ilma, iżda meta din il-problema tranġat, instabu problemi oħra fosthom pockets ta’ arja f’diversi punti tad-distribuzzjoni.
//= $special ?>

