Fl-14-il siegħa sfida bit-tema ‘Design Your Future’ matul il-maratona ġbir ta’ fondi, għaxar żgħażagħ li kellhom ġurnata mimlija sfidi, ħarġu b’għaxar ideat innovattivi dwar il-futur ta’ pajiżna. Għalhekk, lejn l-aħħar tal-isfida, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-mara tiegħu Nickie Vella de Fremeaux ltaqgħu maż-żgħażagħ fejn semgħu u flimkien iddiskutew dawn il-proposti.
Iż-żgħażagħ ħarġu b’numru ta’ proposti li mhux biss jolqtu liż-żgħażagħ direttament, iżda wkoll it-tmexxija tal-pajjiż.
L-għaxar ideat:
Jiddaħħal suġġett Ċiviku li fih studenti jitgħallmu aktar dwar il-funzjoni tal-politika qabel ma jkunu eliġibbli għal vot.
Kuntatt dirett bejn il-politiċi u l-istudenti fl-iskejjel.
Pjattaformi ġodda għal diskussjonijiet u dibattiti bejn iż-żgħażagħ – ġol-isekjjel jew barra wkoll.
Iktar importanza għall-attivitajiet extra kurrikulari fis-settur edukattiv, bħal isport.
Enfasi fuq it-trasparenza u l-kontabilita’.
Kuxjenza soċjali akbar fuq il-mard mentali.
Ħarsien ambjentali, u nistudjaw mezzi ġodda dwar studji biex ntejbu l-arja.
Ninvestu f’postijiet alternattivi ta’ divertament, u mhux f’Paceville biss.
Tinbidel il-mentalita’ li f’dan il-pajjiż jgħodd dak li taf u mhux lil min taf – aktar meritokrazija.
Ngħinu lil min hu batut finanzjarjment, u li l-ġid għandu jinqasam b’mod ġust. Mhuwiex aċċettabbli li jkollok nies li mhumiex qegħdin ileħqu mal-ħajja.
L-ewwel proposta kienet dwar tibdil fis-sistema tal-edukazzjoni, fejn tkun mibnija fuq it-talenti tat-tfal. Dan filwaqt li sar appell biex is-sistema’ edukattiva tinvolvi aktar suġġetti extra kurrikulari, primarjament l–isport. Iż-żgħażagħ qalu wkoll li hemm bżonn li l-politiċi jkunu eqreb tagħhom – pero mhux f’element partiġġjan.
Għal din il-proposta, issemma’ fost l-oħrajn kif l-Ispeaker jista’ jispjega l-irwol tiegħu fil-Parlament – u kien hawnhekk li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li hu lest li jitkellem personalment mal-Ispeaker dwar din il-proposta. Fuq l-istess tema’ huma tennew li ż-żgħażagħ ma tantx għandhom post fejn ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom.
Intant, matul din l-istess laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrisponda telefonata mingħand telespettaturi li ta donazzjoni, fejn talbu jagħżel suġġett sabiex ikunu jistgħu jiddiskutu ż-żgħażagħ – fejn id-diskussjoni waqgħet fuq il-legalizazzjoni tal-kannabis. Dwar dan kien hemm opinjonijiet differenti.
Fi proposti oħra, saret enfasi fuq it-trasparenza u l-kontabilita’, li jingħata aktar għarfien dwar mard mentali, aktar protezzjoni għall-ambjent, u kif ukoll mezzi ġodda dwar studji biex intejbu l-arja. Tqajmet proposta wkoll dwar min mhux qiegħed ileħħaq mil-ispejjeż tal-ħajja. Kien hemm proposta oħra, li ġibdet l-għajn ta’ Adrian Delia u filfatt talab liż-żgħażagħ jaħdmu aktar fuqha – dik dwar post alternattiv ta’ divertiment għaż-żgħażagħ. Fl-aħħar tad-diskussjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalita Adrian Delia wiegħed liż-żgħażagħ li hu se jibda jaħdem fuq dawn l-ideat mal-ewwel.
//= $special ?>