Internazzjonali

Tissaħħaħ is-sigurtà f’Ruma

Il-forzi tas-sigurtà Taljani qed issaħħu s-sigurtà madwar il-kapitali Ruma. Dan kemm minħabba l-attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa marbuta mal-Għid imma wkoll minħabba twissija li jista’ jkun qed jinħema attakk terroristiku mill-Ambaxxata Taljana fit-Tuneżija.
L-Ambaxxata rċeviet ittra anonima li twissi li raġel Tuneżin, membru tal-ISIS, aktarx kien qed jipprepara biex iwettaq attakk fil-kapitali.
Il-Pulizija Taljana iżda insistiet li t-tisħiħ tas-sigurtà hu marbut mal-attivitajiet reliġjużi marbuta mal-festa tal-Għid u insistew li ma kien hemm ebda theddida speċifika li kienu jafu biha.
Dan apparti li fl-Italja diġà hemm livell għoli ta’ sigurtà.
It-Tuneżin kien identifikat mill-midja Taljana bħala Mathlouthi Atef ta’ 42 sena u li hu magħruf mal-Pulizija Taljana minħabba traffikar ta’ droga. Intqal li skont l-informazzjoni fil-mira tiegħu hemm postijiet iffullati u frekwentati mit-turisti.