Futbol Sport

Victoria Hotspurs Champions ta’ Għawdex

Il-plejers, staff u partitarji ta' Victoria Hotspurs jiċċelebraw wara l-logħba (Ritratt: Paul Scicluna)

Victoria Hotspurs huma ċ-Champions il-ġodda tal-Futbol Għawdxi wara li lbieraħ għelbu lil Għajnsielem 4-1. Il-gowls għat-tim ta’ Gotthard Conti waslu minn Andrea Debrincat u tripletta ta’ Elton da Silva. Huma saru Champions ta’ Għawdex għat-12-il darba fis-70 anniversarju, u għadhom mingħajr telfa.

Klassifika wara 17-il logħba: Victoria Hotspurs 49 punt, Nadur Youngsters 34 punt, Xewkija Tigers 28 punt, Kerċem Ajax 21 punt, Għarb Rangers 18-il punt, Għajnsielem 18-il punt, SK Victoria Wanderers 14-il punt, Oratory Youths 11-il punt