Knisja Kultura

Żewġ żviluppi ġodda fil-purċissjoni ta’ Ħal Qormi

Riċerka tal-istoriku Dr, Joseph F. Grima

Il-purċissjoni tal-Ġimgћa l-Kbira ta’ Ħal Qormi, minbarra mit-tradizzjonijiet li ћaddnet tul kważi tliet sekli, hi magћrufa sew gћall-innovazzjonijiet li introduċiet tul is-snin b’mod speċjali fl-ikonografija tal-vari, li llum jgћoddu mhux anqas minn tnax, kif ukoll kienet li din il-lokalità li daћћlet u żviluppat gruppi bibliċi u Rumani li permezz tagћhom il-purċissjoni hi spjega ћajja tal-istorja tar-Redenzjoni tal-bniedem.

Il-purċissjoni toћroġ mill-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, nhar il-Ġimgћa l-Kbira, 30 ta’ Marzu, fil-5.30pm.

Iżda l-purċissjoni baqgћu jieћdu sehem fiha rġiel u subien biss gћalkemm fl-2017 ћadu sehem numru ta’ bniet li ġarrew emblemi u skrolli. Din is-sena se jkun hemm żewġ żviluppi: l-introduzzjoni ta’ numru ta’ nisa u bidla fl-irfigћ tal-Monument.

Sehem ta’ nisa
Gћal diversi snin ma kienx possibbli li n-nisa jieћdu parti fil-purċissjoni, l-aktar minћabba n-nuqqas ta’ spazju adegwat fejn ibiddlu ћwejjiġhom il-partiċipanti. Din id-diffikultà ewlenija nstabet soluzzjoni gћaliha u allura l-Kumitat organizzattiv iddeċieda li wasal il-mument li n-nisa wkoll jibdew jipparteċipaw f’din il-manifestazzjoni reliġjuża.

Sar qbil li l-persunaġġi femminili jkunu nisa li jissemmew fil-Bibbja b’konnessjoni mal-ġrajja tar-Redenzjoni jew inkella li nsibuhom imsemmijin fl-erba’ Vanġeli f’dawk il-ġranet tat-Tislib ta’ Ġesù. L-ilbies se jkun adattat, sobriju u bla tlellix. Barra minn hekk, l-ilbiesi se jkunu proprjetà tal-parroċċa u mhux privati.

Il-programm tal-introduzzjoni ta’ dawn il-persunaġġi femminili se jkun imqassam fuq medda ta’ ftit snin. Il-bidu hu din is-sena bi grupp ta’ ћames nisa li jirrappreżentaw lin-Nisa ta’ Ġerusalemm li, fit-triq tal-Golgotha, Ġesù qalilhom biex ma jibkux lilu iżda lilhom infushom u lil uliedhom. Posthom fil-purċissjoni se jkun quddiem il-vara li turi ’l Ġesù, Xmun iċ-Ċirinew, Veronica u mara b’tarbija li tirrappreżenta lin-nisa ta’ Ġerusalemm.

Fil-futur qrib, l-element femminili se jiżdied quddiem il-vara tal-Madonna tad-Duluri.

Irfigћ tal-Monument
Tradizzjonalment, il-Monument (Kristu Mejjet) kien jintrefa’ minn sitt irġiel taћt il-vara misturin wara faldrappa li ddur dawra mejt magћha. Fl-2007, l-urna sarilha restawr u tisbiћ inkluż qafas tal-ħadid li ћa post dak tal-injam li kien qed jitmermer. Dan irriżulta bil-vara ssir tqila wisq biex tintrefa’ bil-mod tradizzjonali u allura saru roti u l-irġiel kienu jimbuttawh immexxijin minn raġel ieћor. Iż-żmien wera li din is-sistema mhix prattikabbli kemm minћabba li r-rotta proċessjonali tinkludi telgћa u niżla ibsin kif ukoll gћax inqalgћu xi aċċidenti. Allura ġie deċiż li jsiru xi modifiki u, minn din is-sena, il-vara tibda tintrefa’ minn tmien reffiegћa fuq l-istil tal-vari l-oћrajn.