Internazzjonali

Aktar tkeċċijiet ta’ diplomati Russi

L-Awstralja ssieħbet mal-pajjiżi li qed ikeċċu diplomati tar-Russja bħala parti minn reazzjoni globali għall-ivvelenar ta’ eks-spjun Russu f’territorju tar-Renju Unit.

Il-Prim Ministru Awstraljan, Malcolm Turnbull, qal li l-attakk sfaċċat fuq  l-eks-spjun Sergei Skripal u bintu Yulia f’Salisbury kien attakk fuq il-komunità ta’ pajjiżi, bl-Awstralja tkeċċi żewġ diplomati suspettati li kienu uffiċjali inkarigati mill-ġbir ta’ informazzjoni sigrieta.

Nhar it-Tnejn, ‘il fuq minn 100 diplomat Russu kienu tkeċċew minn aktar minn 20 pajjiż bħala reazzjoni koordinata mill-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. Dan jinvolvi l-akbar proċess ta’ tkeċċijiet ta’ uffiċjali Russi minn pajjiżi fl-istorja u Turnbull  irrefera għal indħil fl-elezzjonijiet u t-theddid għas-sovranità tal-Istati sieħba tal-Awstralja min-naħa ta’ Moska.