Il-biljunarju mwieled New Zealand, Christopher Chandler, iddistanzja ruħu mill-Bank Pilatus billi qal li l-kont bankarju li għandu fil-Bank irreġistrat f’pajjiżna ntuża’ biss biex seta’ jikseb il-Passaport Malti.
Żvela dan, il-ġurnal The Times of Malta, li qal li kelliem għal Chandler, il-moħħ wara l-grupp ta’ ħsieb Legatum li kien favur it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iċċara li ma kellu l-ebda rabta kummerċjali mal-Bank Pilatus, ħlief biex jinkiseb il-Passaport Malti.
L-istess, fil-każ tas-CEO tal-Legatum, Mark Stoleson, li fetaħ il-kont bankarju tiegħu fil-Bank immexxi minn Ali Sadr għall-istess raġuni.
//= $special ?>