Iktar minn 80 parteċipant, fosthom 30 voluntiera Maltin ħadu sehem f’simulazzjoni ta’ salvataġġ li damet għaddejja 24 siegħa.
Is-simulazzjni kienet organizzata mill-assoċjazzjoni volontarja Maltija – Emergency Fire and Rescue Unit (EFRU) bħala parti mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Voluntiera tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-parteċipanti ħadmu f’xenarju ta’ terremot f’postijiet differenti, u l-voluntiera tas-salvataġġ salvaw iktar minn 15-il vittma.
Din is-simulazzjoni saret bl-għajnuna tal-Fond għall-Għaqdiet Volontarji tal-Malta Community Chest Fund Foundation.
F’kummenti dwar din l-attività, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li din is-simulazzjoni kienet eżempju ta’ kollaborazzjoni tajba u sinerġija effettiva li tressaq lil individwi minn diversi pajjiżi biex jaħdmu flimkien.
//= $special ?>