Futbol Sport

Futbol: Ronaldo jisraq ix-xena minkejja telfa taċ-champions Ewropej

Ilbieraħ il-Portugall kien umiljat meta tilef 3-0 kontra l-Olanda imma l-attenzjoni kienet fuq il-captain tagħhom Cristiano Ronaldo hekk kif tliet partitarji qabżu fil-grawnd biex jieħdu ritratt miegħu.

Dan hu diżappunt kbir għall-Portugall li tilef kontra tim li lanqas biss ikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja. Ta’ min jiftakar li jiem ilu l-Portugall ukoll kienu ferm li jitilfu kontra l-Eġittu sakemm fl-aħħar żewġ minuti salvahom is-solitu Ronaldo li skurja tnejn.

Minkejja li bdew tajjeb, il-Portugall sofrew gowl fil-11-il minuta. DEPAY evita żewġ difensuri u skurja b’xutt b’saħħtu.

Fit-32 minuta kien BABEL li rdoppja l-iskor b’daqqa ta’ ras u eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Olandiżi għamluhom tlieta bir-raba’ ċans tagħhom fil-partita. Kien VAN DIJK li skurja b’volley.