Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jistieden lil Muscat jgħid liema kien il-‘correspondent bank’ f’Malta ta’ Pilatus Bank

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stieden lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Ministru Edward Scicluna sabiex minnufih u b’riposti ċari, jgħidu liema kien il-correspondant bank li kellu bżonn il-bank Pilatus sabiex dan seta’ jopera f’Malta. Adrian Delia għamel din l-istedina waqt intervista fuq Net Television fejn għamel ukoll numru ta’ mistoqsijiet oħra dwar il-bank Pilatus.

Waqt NET Live, Adrian Delia għamel din l-istedina waqt li għamel ukoll numru ta’ mistoqsijiet oħra dwar il-bank Pilatus.

Fost oħrajn hu staqsa jekk il-bank Pilatus ippruvax jiftaħ kont mal-Bank of Valletta, u jekk hux veru li wara d-due diligence, l-kont ta’ Pilatus kienx irrifjutat? Staqsa wkoll jekk saritx pressjoni fuq xi ħaddiema biex il-kont jinfetaħ xorta u jekk din il-pressjoni saritx minn uffiċjal, politiku jew awtorità.

Adrian Delia qal li dawn il-mistoqsijiet qed jagħmilhom f’isem il-poplu Malti u Għawdxi u kemm Joseph Muscat kif ukoll Edward Scicluna huma obbligati li jagħtu risposti cari għal dawn il-mistoqsijiet.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-Gvern huwa obbligat li jħares ir-reputazzjoni ta’ Malta għaliex hemm aktar minn 18,000 persuna li jaħdmu u jaqilgħu l-għajxien tagħhom mis-settur tas-servizzi finanzjarji.

Ara l-isfida li għamel Adrian Delia fil-filmat t’hawn taħt minn 8:20 ‘il quddiem