Hekk kif ninsabu fil-Ġimgħa Mqaddsa, bil-Kattoliċi qed iħejju l-aħħar preparamenti għall-jiem Sagri ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u Ħadd il-Għid, ma jonqsux il-wirjiet imtella’ f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla jżur uħud minn dawn il-wirjiet, fost l-oħrajn fil-Mosta. Matul iż-żjarat, hu faħħar l-impenn ta’ dawk il-persuni li, fil-ħin liberu tagħhom, jagħtu sehemhom biex dan il-wirt tradizzjonali jibqa’ ħaj.
Adrian Delia sellem ukoll lil dawk l-għaqdiet, li minbarra b’wirjiet, jipparteċipaw ukoll fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Hu awgura li l-poplu Malti u Għawdxi jżur il-wirjiet b’turija ta’ apprezzament għad-dedikazzjoni ta’ dawn il-persuni u l-entitajiet.
Sadanittant, fil-Mosta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar numru ta’ wirjiet privati mtella’ fir-residenzi, kif ukoll wirjiet imtella’ fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika Nicolo Isouard, wirja f’xelter imħejjija mis-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu, kif ukoll wirja fis-sede tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti.
//= $special ?>