Wara d-deċiżjoni tal-Qorti li ordnat lill-Gvern irodd lura l-artijiet pubbliċi lin-nies, issa jmiss li l-isptarijiet tal-Maltin jingħataw lura lill-poplu.
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi ‘tweet’ wara l-aħbar li l-Qorti tat raġun lill-Partit Nazzjonalista meta ordnat li l-poplu għandu jingħata lura l-artijiet li tteħdulu mill-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-każ tal-binja ta’ Strada Zekka.
“Wara l-iżviluppi tal-lum, qed nistenna li Joseph Muscat jingħaqad miegħi biex nagħtu lill-poplu l-isptarijiet lura”, kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Following today's developments I expect @JosephMuscat_JM to do the right thing and join me in getting back the hospitals to give them back to the people #Justice #Malta #healthcare
— Adrian Delia (@adriandeliapn) March 27, 2018
L-isptarijiet Karen Grech, San Luqa u l-isptar ġenerali ta’ Għawdex kienu ttieħdu mill-poplu u ngħataw lill-Vitals Global Healthcare, li ħadd ma kien jaf minn hemm warajha. Biex dawn l-isptarijiet għaddew għand il-privat, il-Gvern ħallas miljuni ta’ ewro minn flus il-poplu.
Fil-ġimgħat li għaddew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ kawża l-Qorti biex dawn l-isptarijiet jingħataw lura lill-poplu wara li l-privat ma onorax l-obbligi li kien marbut bihom.
//= $special ?>