Żewġ niċeċ privati b’oġġetti reliġjużi spiċċaw fil-mira ta’ kartuna bajd li xi ħadd waddbilhom billejl.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ NET News li lbieraħ filgħaxija sar rapport, għall-ħabta tal-11.30pm, li xi ħadd waddab il-bajd lejn żewġ niċeċ ta’ residenzi privati.
Skont kelliema għall-Pulizija, in-niċeċ fihom oġġetti reliġjużi, aktarx marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-każ seħħ fi Triq il-Kapuċċini l-Kalkara u l-Pulizija qed jinvestigaw il-każ.
RITRATT: Mill-arkivji, u mhux marbut mal-istorja t’hawn fuq.
//= $special ?>