Internazzjonali

Madeleine McCann: Aktar fondi għat-tfittxija

Il-Pulizija fir-Renju Unit li qed jinvestigaw l-għajbien ta’ Madeleine McCann fil-Portugall  ingħataw aktar fondi biex ikomplu bit-tfittxija għat-tifla Britannika.

Intefqu s’issa aktar minn 11 il-miljun lira Sterlina fuq l-inkjesta tal-pulizija magħrufa bħala Operation Grange u kelliem għall-Home Office ta’ Londra qal li l-Gvern kien impenjat għall-investigazzjoni dwar Madeleine.

Dan meta l-pulizija ta’ Scotland Yard kienet bdiet l-investigazzjoni tagħha dwar il-każ fl-2011.

Il-ġenituri ta’ Madeleine, Kate u Gerry McCann appellaw biex tkompli t-tfittxija għal binthom li kellha biss tliet snin meta, f’Mejju tal-2007, sparixxiet mill-appartament fi Praia da Luz fejn familtha kienet qed tqatta’ btajjel.