Lokali

Mara tqila involuta f’inċident f’Tal-Barrani

Aġġornata

Mara ta’ 36 tqila kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn vettura u karozza tal-linja.

L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq tal-Barrani, direzzjoni lejn Bulebel.

Fortunatament, il-mara ma weġġgħatx. Madanakollu xorta waħda ttieħdet l-isptar Mater Dei biex isirlha check up biex ikun żgurat li t-tarbija f’ġufha ma ġarrbitx ġrieħi.

Malli seħħ l-inċident, fuq il-post marru numru ta’ Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, partikolarment minħabba konġestjoni tat-traffiku li nħolqot.

Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena u ta’ nazzjonalità Spanjola.