In-nies għal darb’oħra reġgħu ħarġu rebbieħa hekk kif bis-sentenza tagħha, l-Qorti llum reġgħet tat raġun lill-Partit Nazzjonalista, li kulma jmur qed ikompli juri kif huwa l-vuċi tan-nies.
Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem għall-Governanza Tajba Simon Busuttil u mill-Kelliema responsabbli mis-Suq tal-Propjetà Marthese Portelli, il-Partit Nazzjonalista qal li dan l-iskandlu ta’ Strada Zekka huwa wieħed mill-ħafna li fihom Joseph Muscat ta’ propjetajiet tan-nies bix-xejn, fosthom l-art fiż-Żonqor, il-Cafè Premier u t-tliet sptarijiet f’Malta u Għawdex.
Is-sentenza tal-Qorti fil-każ ta’ Strada Zekka, hija konferma li l-Partit Nazzjonalista kellu raġun meta qal li l-Gvern Laburista wettaq abbuż ta’ poter meta ta art pubblika li kienet tiswa’ aktar minn €3.5 miljun biex inxtrat nofs propjetà li kienet diġà tal-Gvern.
Il-Partit Nazzjonalista qal li d-deal ta’ Strada Zekka kien sar f’Kastilja taħt għajnejn il-Prim Ministru tant li l-Awditur Ġenerali kien sab li kien hemm indħil dirett tal-eksSegretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat, illum il-Ministru Michael Falzon, biex ngħatat art pubblika.
Issa li l-Qorti tat raġun lin-nies, il-Partit Nazzjonalista qed jistenna li Joseph Muscat jingħaqad ma’ Adrian Delia fil-kawża kontra l-Vitals, biex iġib lura wkoll it-tliet sptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u jerġgħu jingħataw lura lin-nies.
//= $special ?>