Internazzjonali

Spekulazzjoni dwar żjara ta’ Kim Jong-un fiċ-Ċina

Kibret l-ispekulazzjoni li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq komunista, Kim Jong-un, għamel żjara għall-għarrieda f’Beijing, il-belt kapitali taċ-Ċina.

Is-sorsi tal-aħbarijiet Ġappuniżi rappurtaw li personalità ta’ profil għoli kien wasal f’Beijing permezz ta’ ferrovija li tintuża għal vjaġġi diplomatiċi u li l-vjaġġ partikulari sar taħt sigurtà kbira.

Kelliema għall-Korea t’Isfel qalu li ma kenux jafu l-identità tal-uffiċjal iżda kienu qed ‘isegwu s-sitwazzjoni bir-reqqa’.

F’każ ta’ konferma, din għandha tkun l-ewwel żjara ta’ Kim barra l-Korea ta’ Fuq mindu hu ħa t-tmum ta’ pajjiżu fl-2011.

Intant, għalissa ma kien hemm l-ebda kumment uffiċjali dwar dan miċ-Ċina jew il-Korea ta’ Fuq.