Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sar eżerċizzju ta’ emerġenza fuq skala kbira, eżerċizzju li twettaq biex ikun ivverifikat il-livell ta’ preparazzjoni tal-partijiet interessati ewlenin li jiġu mmobilizzati f’każ ta’ aċċident fl-ajruport.
Permezz ta’ dan l-eżerċizzju fuq skala kbira, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkun qed jivverifika l-adegwatezza tal-Pjan ta’ Rispons għal Emerġenza tal-Ajruport li ġie emendat dan l-aħħar, f’konformità mal-obbligi regolatorji tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
Dan l-eżerċizzju se jservi wkoll biex tiġi ddeterminata l-effettività tas-sistema ta’ kmand u kontroll tal-MIA għall-ġestjoni ta’ inċidenti u biex tittestja s-sistemi ta’ komunikazzjoni u tar-riżorsi ta’ emerġenza fisseħħ.
Dan l-eżerċizzju qed jiġi organizzat mit-tim tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’kollaborazzjoni ma’ għadd ta’ partijiet interessati ewlenin, fosthom il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment talProtezzjoni Ċivili, l-Isptar Mater Dei, il-Pulizija ta’ Malta u r-rappreżentanti tal-linji tal-ajru.
Barra minn hekk, grupp ta’ atturi u voluntiera se jipparteċipaw f’dan l-eżerċizzju fl-irwol ta’ passiġġieri midruba biex il-persuni li se jkunu qegħdin jagħtu l-ewwel assistenza jkunu jistgħu jipprattikaw proċeduri importanti bħat-triage, trattament u trasport.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jwettaq eżerċizzji ta’ emerġenza fuq livelli differenti fuq bażi regolari bl-għan li jkompli jtejjeb il-Pjan ta’ Rispons għal Emerġenza tal-Ajruport u l-mezzi ta’ rispons.
Ritratti: Ian Noel Pace



