Lokali

57 rekluti ġodda mal-Forzi Armati ta’ Malta

Illum 57 rekluta, sitta minnhom nisa, ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala suldati regolari fil-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ġewwa l-Barracks ta’ Ħal Luqa.

Dan kollu waqt il-Passing Out Parade hekk kif ir-rekluti temmew ħames xhur ta’ taħriġ intensiv f’diversi oqsma li jinkludu taħrig fiżiku, taħriġ fl-użu tal-armi, fid-drill, u f’suġġetti militari oħrajn. ħames xhur ta’ taħriġ intensiv f’diversi oqsma li jinkludu taħrig fiżiku, taħriġ fl-użu tal-armi, fid-drill, u f’suġġetti militari oħrajn.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Jeffrey Curmi laqa’ b’sodisfazzjon is-57 rekluta li se jsaħħu r-riżorsa umana tal-FAM u qal li permezz ta’ dan, l-armata se toqrob lejn in-numru sħiħ li hija jeħtieġ li jkollha. Il-Brigadier Curmi sostna li l-FAM ma joħolqux biss impjieg, iżda joffru karriera b’taħriġ speċjalizzat fis-snajja’ differenti li jħaddnu l-FAM.

Il-Brigadier Curmi temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-familjari kollha tar-rekluti u lis-suldati kollha li ħarrġu lil dawn is-suldati ġodda għad-dedikazzjoni u l-impenn kontinwu tagħhom.