Lokali

Ferris jgħid lill-Gvern “tardare si, scappare no”

Fil-famużi bagalji ta' Ali Sadr "ma kienx hemm ħwejjeġ"

L-eks investigatur tal-FIAU Jonathan Ferris jemmen illi l-Gvern qed jagħmel minn kollox u jtawwal il-każ ta’ Pilatus sabiex iddum biex issir ġustizzja. Iżda Ferris mhux se jaqta’ qalbu, u lest ikompli bil-każ tiegħu anke barra minn Malta.

F’intervista mat-Times, l-eks investigatur tal-FIAU qal illi l-Gvern jista’ jdum jaħrab imma ma jistax jistaħba minn dak li seħħ.

Mistoqsi dwar dikjarazzjoni li għamel Edward Zammit Lewis fuq ix-Xandir Nazzjonali, Ferris qal illi fil-bagalji ta’ Ali Sadr – dawk li nqabdu mill-cameras ta’ Net TV sena ilu meta faqqa’ l-iskandlu Egrant – ma kienx hemm ħwejjeġ.