Mis-sena skolastika ġdida, it-tfal fi Franza se jibdew imorru l-iskola ta’ tliet snin. Dan skont riforma li għadda l-President Franċiż Emmanuel Macron. S’issa fi Franza kien obbligatorju li t-tfal jibdew skola ta’ sitt snin.
Macron qal li din il-bidla saret biex titnaqqas l-inugwaljanza fl-edukazzjoni peress li ġenituri fiz-zoni fqar ta’ Franza kif ukoll dawk li jgħixu f’territorji barranin ma jibgħatux it-tfal tagħhom kindergarten spiss minħabba raġunijiet finanzjarji.
Dan il-pass imma qanqal ħafna diskussjoni fi Franza. Skont studju ppubblikat fl-2015, instab li tfal li jibdew l-iskola ta’ età kbira kellhom it-tendenza li jkollhom attenzjoni aħjar.
Il-Finlandja, il-Polonja u l-Estonja – t-tliet pajjiżi Ewropej fejn akkademikament it-tfal imorru l-aħjar – l-iskola tibda ta’ seba’ snin. Iżda s-soltu jkunu diġà marru kindergarten u l-klassijiet huma iżgħar minn f’ħafna pajjiżi fl-Ewropa.
Fi Franza se jibdew l-iskola obligatorja ta’ tliet snin


