Waqt li jinsab fil-ħabs Grieg fejn qegħda l-whistleblower ta’ Pilatus Maria Efimova, l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal: “Mhux faċli li tiddeċiedi li tikxef il-korruzzjoni u l-ħażin meta tkun persuna privata. Irid ikollok il-kuraġġ. Ifisser ukoll li tkun qed tpoġġi l-ġid komuni qabel is-sigurtà tiegħek. U meta l-każ ikun wieħed ta’ profil għoli – bħal dak li hi nvoluta fih Maria – irid ikollok karattru b’saħħtu ħafna, li ftit għandhom.
Whistleblowers bi provi ċari dwar atti kriminali miml-Bank Pilatus u l-klijenti tiegħu spiċċaw vittmi ta’ kampanji kattivi u krudili biex jiskreditawhom u jirredikolawhom. Fil-każ ta’ Maria, dan wassal biex taħrab minn Malta b’biżà għal ħajjitha u s-sigurtà tal-familja tagħha. Jien ġejt Ateni biex nassigura lil Maria li mhix weħidha. Jien warajha. Il-Parlament Ewropew warajha. U se ssibna magħna f’kull pass li tagħmel.”
Bħalissa, Maria qed tinżamm minħabba akkużi li saru kontriha mill-Bank Pilatus. Fid-dominju pubbliku ilu li hemm provi ċari li jgħaqqdu lil dan il-bank ma’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus. L-arrest riċenti ta’ Ali Sadr Hasheminejad ikompli jikkonferma li dan il-bank hu filfatt organizzazzjoni kriminali.
“Mhux Maria għandha tkun arrestata. Maria talbitni biex nesprimi r-ringrazzjament kbir tagħha għall-appoġġ li rċeviet. L-azzjonijiet li ttieħdu mis-soċjetà ċivili Maltija qed ikollhom impatt importanti.”
Aktar tard illum, l-MEP Casa se jiltaqa’ ma’ uffiċjali Griegi, rappreżentanti legali u membri tal-media.
//= $special ?>I am currently in Greece visiting #PilatusBank whistle-blower Maria Efimova in the prison facility where she is being held.
I came to make sure Maria knows that she is not alone. That I am behind her. That the European Parliament is behind her. We have her back. pic.twitter.com/L1UxlmLUpX
— David Casa (@DavidCasaMEP) March 28, 2018