Lokali

FILMAT: Iżlandiż jinsab fil-periklu tal-mewt u 3 tfajliet l-isptar wara inċident serju fi Triq Għar Dalam.

Inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, direzzjoni minn Birżebbuġa lejn Bir id-Deheb

Iżlandiż jinsab fil-periklu tal-mewt u 3 tfajliet l-isptar wara inċident serju fi Triq Għar Dalam, f’Ħal Għaxaq.

Għall-ħabta tal-11.30 tat-Tlieta filgħaxija seħħ inċident ikrah fi Triq Għar Dalam, f’Ħal Għaxaq, fid-direzzjoni lejn Għar Dalam, preċiżament fejn il-bus stop bl-isem ta’ Marniżi.

Tfajla ta’ 24 sena residenti Birzebbuġa tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha, tat-tip tat-tip Volkswagen waqt li kienet sejra lejn id-direzzjoni ta’ Birżebbuġa u baqgħet dieħla f’xatba ta’ dar fl-istess triq. Mas-sewwieqa kien hemm żewġ passiġġiera, tfajla li kienet fuq wara li għandha 26 sena u toqgħod Birżebbuġa u żagħżugħ ta’ 32 sena mill-Iżlanda, li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt li kien fuq quddiem.

Il-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post tal-inċident sabiex joħorġu lis-sewwieqa u lill-passiġġieri mill-karrozza. Paramediċi mill-Isptar Mater Dei, immexxijin mit-tabib Michael Spiteri, issejjħu ukoll fuq il-post sabiex jassistu lill-midruba u ttieħdu l-isptar b’urġenza b’ambulanza għall-kura.

Tfajla oħra, li kienet f’karrozza oħra warajhom, ittieħdet l-isptar biex tiġi ttratata għax-xokk.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.