Wara li Allan Galea nstab ħati li ta’ qtil volontarju ta’ Anthony Borg magħruf bħala ‘il-Bona’, il-Qorti tal-Appell Kriminali laqgħet it-talba li saret mill-avukati Joe Giglio u Stephen Tonna Lowell. Dan wara li dawn tal-aħħar appellaw għall-fatt li ma tistax tintalab żieda fil-piena minn dik deċiża fil-verdett tal-ġurati.
Il-qtil b’sikkina seħħ fi Frar tal-2010 f’Marsaxlokk, u fil-ġuri, il-ġurati kienu ikkonkludew li Allan Galea kien veru aġixxa b’mod li jiddefendi lilu nnifsu, iżda kien qabeż il-limiti ta’ self-defence. Għaldaqstant, il-Qorti Kriminali kienet ikkundannatu għal sitt snin ħabs.
Iżda minn dan il-verdett tal-ġurati, l-Avukat Ġenerali appella l-piena deċiża. Fl-appell, l-Avukat Ġenerali talab għal żieda fil-piena lill-Qorti tal-Appell Kriminali. Madanakollu, din it-talba ma ġietx milquha wara li l-avukati difensuri Joe Giglio u Stephen Tonna Lowell qajmu l-eċċezzjoni li l-Qorti tal-Appell Kirminali m’għandhiex il-poteri mgħotija lilha fil-liġi sabiex iżżid il-piena f’każ ta’ appell mill-Avukat Ġenerali wara l-verdett tal-ġurati. Fis-sentenza tal-Qorti tal-Appell ingħad li:
“il-Qorti Kriminali tista’ tagħti għar-reat kull sentenza awtorizzata mil-liġi, li ma tkunx sentenza aktar
gravi minn dik mogħtija għad-dikjarazzjoni ta’ ħtija oriġinali u dan kif stipulat fis-sub-inċiż 7 għall-imsemmi artikolu tal-liġi”
Issa l-każ tal-appell se jkompli jinstema’ fuq il-kumplament aggravji msemmija fir-rikors tal-appell.
//= $special ?>