Lokali

Ħalliel jidher f’filmati tas-sigurtà waqt li jisraq mill-Każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat

Raġel li daħal jisraq mill-każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat, Malta jidher f’filmati ta’ kameras tas-sigurtà tal-istess każin.

Ir-raġel irnexxielu jikseb aċċess għal ġewwa wara li daħal minn sit ta’ kostruzzjoni li jinsab biswit l-istess każin. Jirriżulta li minn hawn ħa b’valur ta’ madwar €2,500 bejn flus kontanti u oġġetti oħra ta’ valur.

Immedjatament malli sar magħruf li seħħet din is-serqa sar rapport lill-Pulizija, li qed janalizzaw il-filmati tal-kameras tas-sigurtà.