Sport Sport Ieħor

Issir id-19-il edizzjoni tal-Gladiators Fight Night

Is-Sibt li għadda saret l-ewwel ġlieda Muay Thai (Ritratt: Martin Agius)
Issir l-ewwel ġlieda Muay Thai f’pajjiżna

Is-Sibt li għadda saret id-19-il edizzjoni tal-Gladiators Fight Night fejn fosthom spikkat l-ewwel ġlieda Muay Thai f’pajjiżna. F’din il-ġlieda Jesred Piscopo minn Team Noel ħareġ tellief bil-punti kontra l-Iżvediż Arvydas Gerve, riżultat li jista’ jitqies xorta inkoraġġanti hekk kif Piscopo li għad għandu 20 sena ilu xahrejn biss jitħarreġ fil-Muay Thai.

Fost il-ġlidiet l-oħra spikkaw ir-rebħiet li l-ġellied professjonali Malti ta’ Malta Thai Boxing Shaun Falzon rebaħ bil-punti kontra l-ġellied Christian Karlsson, filwaqt li l-kickboxer professjonali Christopher Rotin minn Team Noel rebaħ il-ġlieda tiegħu K1.

B’kollox kien hemm 13-il ġlieda, ħamsa minnhom lokali filwaqt li t-tmienja l-oħra kienu internazzjonali, b’żewġ ġlidiet minnhom professjonali.

Riżultati kollha

1. Kickboxing     Jeanluca Muscat għeleb Marley Banner

2. Kickboxing    Alex Horveth għeleb lil Jesse Banner

3. Kickboxing    Ritmay Spiteri għelbet Shanice Bonello

4. Kickboxing    Jaid Agius għeleb lil John Calleja

5. K1                    Kevin Argelier għeleb lil Tristan Bonello

6. K1                    Niclas Elfstedt għeleb lil Christopher Johanssonn

7. K1                    Justin Pace għeleb lil Osama Lathif

8. K1                    Marko Mejie għeleb lil Giorgio Minicuccio

9. K1                    James Busuttil għeleb lil Salvatore Blendizzi

10. Muay Thai   Arvydas Gerve għeleb lil Jesred Piscopo

11. K1                  Shaun Falzon għeleb lil Christian Karlsson

12. K1                  Christopher Rotin għeleb lil Kevin Mickelsson

13. K1                  Samuele Portale għeleb lil Henrik Ejlertsson