Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing tat bidu għall-kampjonat nazzjonali tal-kwart ta’ mil. L-attendenza u l-parteċipazzjoni kienu tajbin, b’diversi sewwieqa u karozzi ġodda jkunu pruvati fit-trakka ta’ Ħal Far.
It-tliet klassijiet Handicap intrebħu minn Dunstan Mangion, Joe Ashton u Christian Azzopardi. L-Open Class 3 intrebħet minn Nathan Bartolo, il-klassi Open tal-Front Wheel Drive ntrebħet minn Keith Pace filwaqt li Clint Catania rebaħ il-klassi Extreme 2.
Riżultati
14.00 – 14.49 sekondi Nicolai Grech
13.00 – 13.49 sekondi Laura Cremona
12.00 – 12.49 sekondi Albert Camilleri
11.50 – 11.99 sekondi Joston Gatt
11.00 – 11.49 sekondi Joe Ashton
10.50 – 10.99 sekondi Christian Azzopardi
10.00 – 10.49 sekondi Karl Mifsud
9.50 – 9.99 sekondi Noel Debattista
9.00 – 9.49 sekondi Paul Pace
Adrian Muscat rebaħ il-Klassi CA6 u Ruben Pirotta rebaħ il-klassi SM4. Iż-żewġ klassijiet tad-Dragsters D4 u D5 intrebħu minn Tyson Debono, il-klassi għat-tfal Junior Dragster intrebħet minn Luca Mangion. Frankie Ellul rebaħ iż-żewġ klassijiet Escort Class 2 u Escort Class 3. Adrian Muscat rebaħ il-klassi Open 6 u Lorry Mifsud rebaħ il-klassi SS4.
Miguel Montebello rebaħ il-klassi outlaw front wheel drive f’ħin ta’ 8.41 sekondi u b’hekk permezz tal-Honda Type-R hu s-sewwieq l-aktar veloċi fl-Ewropa b’karozza front wheel drive. Għal dan l-avveniment, kien hemm preżenti l-President tal-Kummissjoni tad-Drag Racing Lars Petterson.
Klassi tal-muturi
8.50 – 8.99 sekondi Chris Vella
7.00 – 7.49 sekondi Franklyn Borg
Klassi Index 8.5 Leslie Said
Klassi SS2A Luke Farrugia
Klassi Open Savvas Tilsizoglu
L-avveniment ixxandar dirett fuq facebook fejn ġie segwit minn madwar 200 elf spettatur. It-Tieni Rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing hu skedat li jsir fil-bidu ta’ Ġunju f’Ħal Far.
L-attività li jmiss MDRA for Charity se tkun organizzata fl-istess trakka minn Mario Mifsud, bil-fondi miġbura jmorru għal Malta Autism Centre s-Sibt li ġej. Kull tip ta’ karozzi, muturi u dixxiplini differenti ta’ motorsport se jkunu qed jintwerew lill-viżitaturi.
//= $special ?>