Internazzjonali

Kim Jong-un imur iċ-Ċina

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, iċ-Ċina u l-Korea ta’ Fuq ikkonfermaw li fil-verità kien hemm laqgħa bejn il-President Ċiniż, Li Xinping, u l-Mexxej Korean, Kim Jong-un.

Iż-żjara saret minn Kim Jong-un fiċ-Ċina, u għalhekk dan ifisser li din kienet l-ewwel żjara ta’ Jong-un barra mill-pajjiż mindu sar mexxej fl-2011, dik li aħna nafu biha.

Rapporti miċ-Ċina qalu li t-taħdita bejn Xinping u Jong-un kienet waħda ta’ suċċess, u li l-għan tagħha ntlaħaq.

Is-sorsi tal-aħbarijiet Ġappuniżi kienu rrappurtaw li personalità ta’ profil għoli kien wasal f’Beijing permezz ta’ ferrovija li tintuża għal vjaġġi diplomatiċi u li l-vjaġġ partikulari sar taħt sigurtà kbira.

Kelliema għall-Korea t’Isfel min-naħa tagħhom qalu li ma kinux jafu l-identità tal-uffiċjal iżda kienu kienu qed ‘isegwu s-sitwazzjoni bir-reqqa’.