Eluf ta’ persuni inġabru fi Piazza del Popolo f’Ruma sabiex isellmu lill-preżentatur popolari Taljan Fabrizio Frizzi li miet aktar kmieni din il-ġimgħa. Hu kellu 60 sena.
Il-quddiesa tal-funeral saret f’nofsinhar fil-Knisja tal-Artisti, fiċ-ċentru tal-kapitali.
Iċ-ċelebrant irrefera għall-Frizzi bħala “il-ġellied bi tbissima”. Dan b’referenza għall-battalja li kien għaddej biha tul dawn l-aħħar 3 xhur biex iżomm f’saħħtu.
Fil-pjazza quddiem il-knisja intrama screen kbir li fuqu ixxandret iċ-ċerimonja kollha.
Ilbieraħ il-korp ta’ Frizzi kien espost għall-pubbliku fis-sede tar-Rai fi Viale Mazzini.
//= $special ?>