Internazzjonali

L-Italja issellem il-memorja ta’ Fabrizio Frizzi

Iċ-ċerimonja funebri saret f'nofsinhar f'Ruma

Eluf ta’ persuni inġabru fi Piazza del Popolo f’Ruma sabiex isellmu lill-preżentatur popolari Taljan Fabrizio Frizzi li miet aktar kmieni din il-ġimgħa. Hu kellu 60 sena.

Il-quddiesa tal-funeral saret f’nofsinhar fil-Knisja tal-Artisti, fiċ-ċentru tal-kapitali.

Iċ-ċelebrant irrefera għall-Frizzi bħala “il-ġellied bi tbissima”. Dan b’referenza għall-battalja li kien għaddej biha tul dawn l-aħħar 3 xhur biex iżomm f’saħħtu.

Fil-pjazza quddiem il-knisja intrama screen kbir li fuqu ixxandret iċ-ċerimonja kollha.

Ilbieraħ il-korp ta’ Frizzi kien espost għall-pubbliku fis-sede tar-Rai fi Viale Mazzini.

Nies miġbura għall-funeral