F’Sibt il-Għid permezz ta’ maratona ta’ Cut & Blowdry mill-ħanut tax-xagħar Vigorous fil-Mosta, wieħed jista’ jagħmel xagħaru waqt li jgħin il-Missjoni.
Il-maratona se ssir mis-7.00 am sas-7.00pm nhar Sibt il-Għid mill-hairdresser Clinton Chetcuti, li dakinhar se jagħmel ġurnata bla waqfien flimkien ma’ persuni oħra jaħdmu għall-missjoni.
Il-Grupp Mzungu mission jagħmel xogħol volontarju f’diversi pajjiżi fil-bżonn fl-Afrika, fosthom il-Kenja, t-Tanżanija, Rwanda, Indja u postijiet oħra.
Dawk li se jattendu waqt li jkunu qed jistennew se jkunu jistgħu jieħdu tazza kafe’ u jistgħu jixtru xi figolla għall-Għid.
Aktar dettalji dwar il-grupp Mzungu Mission f’dan il-link.


//= $special ?>


