Sport Waterpolo

Sliema jissograw iżda joħorġu rebbieħa

Matthias Azzopardi fl-azzjoni f'attakk ta' Neptunes (Ritratt: Domenic Aquilina)
San Ġiljan ikomplu jirbħu u rebħa faċli għal Marsaskala fl-Ewwel Diviżjoni

SLIEMA FRANK SALT…….9

NEPTUNES LEO VEGAS….8

(1-2), (2-1), (4-0), (2-5)

Sliema Frank Salt kisbu rebħa importanti wara li rebħu konfront dirett kontra Neptunes Leo Vegas. L-ewwel parti tal-logħba kienet bilanċjata, iżda wara l-mistrieħ, Sliema ddominaw u dehru resqin lejn rebħa komda.

Madankollu rimonta ta’ Neptunes wasslet biex saħansitra rkupraw żvantaġġ ta’ erba’ gowls, liema rimonta ma kinitx suċċess għaliex sofrew gowl lejn it-tmiem. Strumentali għal Sliema kien il-gowlkiper Joseph Sammut fejn salva diversi tentattivi diffiċli.

Bilanċ fl-ewwel żewġ sessjonijiet tal-logħba biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu 3-3. Neptunes kienu minn fuq fit-tliet okkażjonijiet, iżda Sliema għarfu jwieġbu kull darba, bil-gowlkiper Slimiż Joseph Sammut isalva penalty u konklużjoni oħra mill-qrib fi ftit ħin.

Iżda t-tielet sessjoni kienet dominata minn Sliema li wara li marru għall-ewwel darba minn fuq b’gowl ta’ Michael Spiteri Staines, skorjaw tliet darbiet oħra.

Dan il-vantaġġ deher biżżejjed għal Sliema, iżda wara Gabarretta kkanċella l-gowl ta’ Lanzon, Neptunes irnexxielhom jidħlu fil-logħba b’doppjetta ta’ Jordan Camilleri u gowl ta’ Gabriel Pace.

Dan wassal għal finali eċċitanti, b’Neptunes jirnexxielhom jirbħu l-pussess kmieni u bi 48 sekonda għat-tmiem, Miguel Zammit ġab id-draw. Iżda b’27 sekonda għat-tmiem, Zach Mizzi skorja l-gowl tar-rebħa.

Sliema: J. Sammut, J. Gabarretta (1), D. Fenech (2), M. Carani, M. Meli, K. Dowling, M. Spiteri Staines (2), Z. Chetcuti, M. Cordina (1), Z. Galea Mule, Z. Mizzi (2), N. Bugelli (1), Z. Sciberras

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan, G. Pace (1), M. Martellacci, S. Busuttil, N. Zammit (1), J. Camilleri (2), M. Cutajar, M. Zammit (1), J. Muscat (1), M. Azzopardi, F. Buhagiar

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

SAN ĠILJAN TUM INVEST…10

VALLETTA VIDEOSLOTS……6

(4-0), (2-2), (1-1), (3-3)

Il-mixja ta’ rebħiet konsekuttivi ta’ San Ġiljan telgħet għal 36 logħba, wara li għelbu lil Valletta Videoslots 10-6. Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet spiċċat biex kienet l-ewwel sessjoni, b’San Ġiljan jibnu vantaġġ ta’ erba’ gowls, liema distakk kien biżżejjed biex jamministraw il-logħba.

Meta wieħed id-differenza fil-kwalità, Valletta kellhom partita sodisfaċenti. Madankollu n-nuqqasijiet f’ċertu fażijiet tal-logħba għadhom iridu jiġu indirizzati mill-kowċ Bogdan Rath. San Ġiljan kellhom lill-gowlkiper Jake Tanti nieqes.

Bidu b’saħħtu ta’ San Ġiljan li rebħu l-ewwel sessjoni 4-0 b’gowls minn Ben Plumpton, doppjetta ta’ Dino Zammit u Matthew Zammit. San Ġiljan setgħu jikkontrollaw il-logħba aħjar, b’Valletta wkoll jitjiebu ftit. Fit-tieni sessjoni l-Ġiljaniżi żammew l-erba’ gowls distakk wara li wieġbu darbtejn għall-gowls  tal-avversarji.

L-andament tal-logħba wara l-mistrieħ baqa’ l-istess, b’Valletta jippruvaw iżommu d-distakk baxx. Wara li Peter Borg skorja għal San Ġiljan, Keith Galea wieġeb għal Valletta. San Ġiljan għalqu definittivament il-logħba fil-bidu tal-aħħar sessjoni b’gowls minn Peter Borg u Dino Zammit. L-għan ta’ Valletta kien li jagħmlu l-iskor rispettabbli u rnexxielhom jiskorjaw tliet gowls konsekuttivi, b’Plumpton iħalli d-distakk ta’ erba’ gowls.

San Ġiljan: T. Micallef, P. Borg (2), D. Ciantar, B. Grech, J. Galea, M. Zammit (1), B. Plumpton (2), C. Farrugia, T. Said, Da. Zammit, P. Fava (1), D. Zammit (4), J. Bonavia

Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines (1), N. Farrugia (1), M. Mifsud, T. Agius, D. Saliba, D. Paolella, M. Lanzon (1), A. Mifsud, A. Agius (1), K. Galea (2), L. Gialanze, R. Bonnici

Referees: Ronnie Spiteri, Alex de Raffaele

KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI

MARSASKALA TRANSCRIPTA…12

OTTERS NIVEA………………………4

(3-0), (5-0), (4-2), (0-2)

Tasal it-tieni rebħa għal Marsaskala li ma sabux diffikultà biex jegħlbu lil Otters Nivea 12-4, f’logħba bla storja li fiha Marsaskala ddominaw. Spikka l-aktar għal Marsaskala Jean Claude Cutajar, awtur ta’ erba’ gowls.

It-tim ta’ Pierre Borg temm it-tieni sessjoni b’vantaġġ aktar minn komdu ta’ 8-0, b’Kyle Navarro jiskorja tripletta fit-tieni sessjoni. Fis-sessjoni sussegwenti kien imiss lil Cutajar li jiskorja tliet gowls f’sessjoni, b’Otters jiskorjaw l-ewwel gowls tagħhom permezz ta’ Matthew Sciberras u Gabriel Mizzi. Fl-aħħar sessjoni Otters pruvaw jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli b’żewġ gowls mingħajr risposta.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (4), F. Borg, A. Vella, D. Borg Millo, L. Grixti, K. Navarro (3), J. Busuttil (1), J. Bajada (1), C. Mifsud (1), D. Cassar (2), R. Attard, B. Muscat

Otters: K. Schembri, M. Camilleri, A. Magri, D. Dimech, J. Teuma, C. Bugeja, G. Mizzi (1), S. Dimech, K. Scicluna, E. Gravina (1), A. Falzon, G. Sammut (1), M. Sciberras (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Angileri

Kampjonat Premier

Kif Jinsabu

                    L       R       D       T       F       K       Pti

San Ġiljan   3        3        0        0        31      14      9

Sliema         3        2        0        1        28      21      6

Neptunes    3        2        0        1        27      21      6

Sirens          3        2        0        1        21      24      6

Valletta       3        0        0        3        13      27      0

Exiles          3        0        0        3        17      30      0

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Kif Jinsabu

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Birżebbuġa          3        3        0        0        31      12      9

Marsaskala          3        2        0        1        24      16      6

Ta’ Xbiex              3        1        0        2        23      21      3

Otters                   3        0        0        3        9        38      0