Żewġ ħaddiema nqatlu u ieħor indarab serjament wara splużjoni fil-port ta’ Livorno. L-isplużjoni seħħet fil-port industrijali fiz-zona ta’ Costiero Nero, f’tank tal-fuel li kien jintuża biex tinħażen il-kimika magħrufa bħala methyl acetate.. Jidher li l-isplużjoni seħħet hekk kif il-ħaddiema kienu qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-tank, li suppost kien imbattal.
Mal-isplużjoni ma żviluppa ebda nar, imma l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw iz-zona minħabba l-periklu li kien hemm, partikolarment għaliex it-tank bl-isplużjoni tmejjel fuq ġenb wieħed.
Splużjoni fatali fil-port ta’ Livorno fl-Italja


