Il-Pulizija qed tinvestiga każ li seħħ ilbieraħ fi Triq Stella Maris f’San Pawl il-Baħar, fejn sfrundat parti mill-istess triq.
Jidher illi t-triq sfrondat meta għadda minnha trakk, u minħabba f’hekk l-istess trakk inqabad fil-ħofra.
Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, filwaqt li inġieb krejn biex itella’ t-trakk mill-ħofra.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>